Wednesday, 24 October 2018

Reazjoni għal-Baġit 2019 | Agrikoltura

Il-Fondazjoni MaYA tesprimi diżappunt rigward in-nuqqas ta' nteress tal-gvern lejn is-settur tal-Agrikoltura fil-Baġit 2019.

Għat-tieni sena konsekutiva il-Fondazjoni MaYA preżentat proposta għas-settur tal-agrikoltura, permezz tal-Kumitat tas-Soċjeta Ċivili fi ħdan l-MCESD.

Il-proposta kienet tirrigwarda tax credits għal-kumpaniji fis-settur tal-ikel li jagħżlu prodott lokali. Il-kumpaniji fil-catering u hotels b'hekk ikollhom incentiv li jagħżlu l-prodott lokali u jkunu eliġibli li jifrankaw taxxa fuq id-dħul tagħhom.

Din il-proposta ma ġietx inkluża fil-Baġit 2018, u l-bdiewa u r-raħħala Maltin tilfu opportunita' oħra fejn jidħol konsum ta' prodott imkabbar, imrobbi jew proċessat Malta.


Fondazjoni MaYA

Links

Kumitat Soċjeta Ċivili

No comments:

Post a Comment