Thursday 12 November 2020

IMPORTANTI: Laqgħa ta' Konsultazjoni - 24/27 ta' Novembru 2020

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jixtieq jistedinkom għal żewġ laqgħat ta’ konsultazzjoni għar-raħħala u bdiewa Maltin u Għawdxin, fejn tigi diskussa l-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-agrikoltura u d-diversi sfidi f’dan is-settur.

Il-laqgħat ta’ konsultazzjoni se jsiru f’Malta nhar it-Tlieta 24 ta’ Novembru 2020 ġewwa Villa Arrigo fin-Naxxar mill-4pm sas-7.00pm, u nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Novembru ġewwa l-Grand Hotel fl-Imġarr, Għawdex mill-4pm sas-7.00pm.

 

Dan se jkun eżerċizzju fejn inkomplu nisimgħu direttament mingħand il-bdiewa u r-raħħala nfushom dwar il-bżonnijiet u d-diffikultajiet tas-settur. B’hekk tkun tista tkompli titfassal politika li tagħmel is-settur agrikolu aktar sostenibbli u tpoġġi l-interessi tal-bdiewa u s-sajjieda fiċ-ċentru tagħha. 

 

Fiċ-ċirkostanzi preżenti, se jitħarsu l-miżuri tad-distanza soċjali tal-Covid-19 hekk kif stabbiliti mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Għaldaqstant, dawn il-laqgħat se jkunu miftuħa għall-ewwel 100 persuna li jirreġistraw għal kull laqgħa. Nitlobkom tikkonfermaw l-attendenza tagħkom bit-telefon fuq 22924203 mill-iktar fis. Kull min jattendi jrid jilbes maskra matul is-sessjoni kollha.

 

Photo Credit: Christian Borg (FoEM - MaYA)