Saturday, 2 April 2016

Konferenza Nazzjonali; Lejn Politika Agrikola 2016 - 2025

Nhar it-Tnejn 28 ta' Marzu 2016 seħħet konferenza nazzjonali bit-tema "Lejn Politika Agrikola għall-Gżejjer Maltin 2016 - 2025". Din il-konferenza ġiet organizzata mis-Segretarjat Parmalentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Attriga Consult. L-Onorevoli Roderick Galdes fetaħ din il-konferenza fejn indirizza lil dawk preżenti. Kienu bosta dawk li attendew, fosthom ufficjali tas-segretarjat u rapreżentanti tas-settur.

L-amministraturi tal-Fondazzjoni MaYA kellhom sehem ewlieni fil-konferenza. Is-Sur John Gauci preżenta diskors bħala bidwi żagħżugħ u gradwat. Semma l-importanza tax-xjenza fil-qasam agrikolu u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom żagħżagħ Maltin fl-agrikoltura.

Waqt il-konferenza seħħew ħames workshops b'temi varji. Is-Sur Karl Scerri, wkoll amministratur tal-MaYA, mexxa l-workshop bit-tema Kompetitivita u Diversifikazjoni u s-sehem taż-żagħżagħ.

Kienet konferenza li ħalliet impatt posittiv, permezz tal-informazzjoni li xxerdet, il-konsukltazjoni tant bżonjuża u tan-networking li sar.

Jeanette Borg



Karl Scerri jipreżenta l-argumenti mressqa fil-workshop 


John Gauci jindirizza lil dawk preżenti fid-diskors tiegħu


No comments:

Post a Comment