Nhar it-Tnejn 28 ta' Marzu 2016 seħħet konferenza nazzjonali bit-tema "Lejn Politika Agrikola għall-Gżejjer Maltin 2016 - 2025". Din il-konferenza ġiet organizzata mis-Segretarjat Parmalentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali u Attriga Consult. L-Onorevoli Roderick Galdes fetaħ din il-konferenza fejn indirizza lil dawk preżenti. Kienu bosta dawk li attendew, fosthom uffic
jali tas-segretarjat u rapreżentanti tas-settur.
L-amministraturi tal-Fondazzjoni MaYA kellhom sehem ewlieni fil-konferenza. Is-Sur John Gauci preżenta diskors bħala bidwi żagħżugħ u gradwat. Semma l-importanza tax-xjenza fil-qasam agrikolu u d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom żagħżagħ Maltin fl-agrikoltura.
Waqt il-konferenza seħħew ħames workshops b'temi varji. Is-Sur Karl Scerri, wkoll amministratur tal-MaYA, mexxa l-workshop bit-tema
Kompetitivita u Diversifikazjoni u s-sehem taż-żagħżagħ.
Kienet konferenza li ħalliet impatt posittiv, permezz tal-informazzjoni li xxerdet, il-konsukltazjoni tant bżonjuża u tan-
networking li sar.
Jeanette Borg
|
Karl Scerri jipreżenta l-argumenti mressqa fil-workshop |
|
John Gauci jindirizza lil dawk preżenti fid-diskors tiegħu |